Il-Wildlife Rescue Team Malta qalu li lbieraħ kienu rċivew rapporti li qrib il-bajja tax-Xwejni f’Marsalforn kienu ntlemħu żewġt ifkieren u l-istess Team irċieva ritratti ta’ dawn.
Immedjatament ġew infurmati b’dan il-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom marru fiż-żona indikata biex isalvaw il-fkieren.
Sfortunatament, minħabba li lbieraħ ix-Xwejni kien hemm il-baħar kemxejn imqalleb, il-membri tal-AFM ma setgħux jersqu lejn l-art bil-patrol boat u jsalvawhom.
Il-membri tal-AFM fl-ebda ħin ma rnexxielhom jaraw lill-fkieren.