Wednesday, November 27, 2024

Ippubblikat it-tender tal-proġett ta’ riġenerazzjoni tax-xatt ta’ Birżebbuġa

Aqra wkoll

Ġie ppubblikat it-tender tal-proġett ta’ riġenerazzjoni tax-xatt ta’ Birżebbuġa. Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo permezz ta’ kitba fuq Facebook. 

Huwa qal li r-riġenerazzjoni taż-żoni turistiċi huwa eżempju ta’ kif itejbu b’mod tanġibbli l-prodott turistiku ta’ pajjiżna. “Għalhekk se nsaħħu l-impenn tagħna biex inkomplu ninvestu fl-inħawi kollha tal-Gżejjer Maltin,” qal il-Ministru Bartolo. 

Intant, is-Sindku ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri sostna li bħala lokalità ilhom għal diversi snin jistennew dan il-proġett. Qal li jidher ċar li hemm impenn finanzjarju biex dan isir. 

Sport