Sunday, December 22, 2024

Ippubblikat l-aħħar rapport li mexxa Leo Brincat

L-eks membru Malti evalwa l-effiċjenza tal-programmi bejn il-fruntieri…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għadha kemm ippubblikat rapport li mexxa l-eks Membru Malti tal-Qorti Ewropea, Leo Brincat, qabel intemm it-terminu tiegħu f’Settembru li għadda. Xogħol Brincat kien li jevalwa jekk il-programmi bejn il-fruntieri kinux effettivi fit-tisħiħ tal-koperazzjoni territorjali tal-fruntieri esterni kollha tal-Unjoni Ewropea.

F’kumment li ta lil L-ORIZZONT Brincat spjega kif dan ir-rapport ħa aktar minn sena biex jitlesta u li “kien intiż l-aktar biex jiġi mgħarbel kemm kienet effiċjenti u effettiva l-koperazzjoni transfruntiera ma’ pajjiżi tal-viċinat. Sibna appoġġ siewi iżda l-implimentazzjoni tal-koperazzjoni bdiet tard u ħafna mill-problemi ma ġewx indirizzati f’mod ko-ordinat biżżejjed”. Huwa qal li din l-implimentazzjoni setgħet saret aħjar.

“Ħeġġiġna għal titjib fil-ko-ordinazzjoni bejn il-programmi; tisħiħ tal-involviment tad-delegazzjonijiet tal-UE; il-bżonn li tiġi adattata għodda tal-IT għal kontra l-frodi; il-bżonn li tiġi pprovduta gwida dwar il-monitoraġġ tas-sostenibbiltà wara l-għeluq tal-proġett; li jiġu kkonsultati s-servizzi kollha rilevanti dwar proġetti ta’ infrastruttura kbar; u l-bżonn ta’ tisħiħ tal-użu tal-indikaturi komuni”.

Dan l-eks Membru Malti tal-Qorti Ewropea qal li apparti x-xogħol eċċellenti tat-tim tekniku “personalment, biex ikolli stampa verament sħiħa tal-qagħda attwali, mhux biss iltqajt mal-key stakeholders iżda anki wara li ksibt l-awtorizazzjoni meħtieġa bħala uffiċjal tal-UE, ħadt ukoll il-feedback informali tal-awtoritajiet Russi.

Ovvjament dan qabel faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna billi huma wkoll kellhom sehem fil-programm għalkemm ma kienux auditees tagħna”.

Leo Brincat temm jispeċifika li dan kien hemm l-unika programm ta’ koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa u illum dan il-programm huwa sospiż.

Ekonomija

Sport