Saturday, October 26, 2024

Ippubblikat studju dwar il-pagi fis-settur tal-catering f’pajjiżna

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) għadha kemm għamlet studju dwar il-pagi li qegħdin jingħataw lill-impjegati ta’ stabbilimenti indipendenti tal-catering. Dan is-survey sar fost 121 ristoranti, li huma ekwivalenti għal kwart tal-membri tal-istess assoċjazzjoni, li jimpjegaw 1,044 persuna fuq bażi full time u 942 fuq bażi part time. 

Is-sidien tar-ristoranti kellhom sitt għażliet differenti ta’ pagi (wage bracket) għal kull kategorija biex jagħżlu minnhom. Ir-riżultati li ħarġu fuq 173 siegħa xogħol f’xahar li ma jinkludux l-overtime, commissions mill-bejgħ jew tips mingħand il-klijenti. 

Skont dan l-istudju, il-paga gross li tingħata kull sena lil: waiters u lil min iservi l-ikel (72% qalu li din hija bejn €14,500 u €19,200 fis-sena); bartenders (78% qalu li jħallsuhom bejn €14,500 u €19,200 fis-sena); dishwashers u l-cleaners (82% qalu li l-ħlas huwa ta’ inqas minn €14,500); restaurant managers (73% qalu li din tvarja bejn €19,200 u €34,000. 10% tal-parteċipanti qalu li għal dawn l-impjegati jħallsu aktar minn €30,000 fis-sena); ħaddiema fil-kċina – chef de partie (78% qalu li l-ħlas huwa bejn €14,500 u €19,200); chef tournant (88% qalu li l-ħlas huwa bejn €15,600 u €23,000); sous chef (78% qalu li l-ħlas huwa ta’ €20,400 u €31,200. 11% tagħhom qalu li jħallsu aktar minn €31,200 għal Sous Chef); head Chef (90% qalu li jħallsuh bejn €27,600 u €40,000. 40% minnhom qalu li l-paga għan dan hija aktar minn €36,000).

Tajjeb li wieħed iżid jgħid li sidien ta’ ristoranti indipendenti ta’ kull sena jħallsu commission fuq il-bejgħ u huwa stmat li kull impjegat f’ristorant ta’ kull sena jaqla’ €3,600 oħra f’tips. 

Dan is-survey ta ħarsa lejn it-telf ta’ talent f’dan is-settur tant importanti fejn 27% tal-parteċipanti qalu li l-maġġoranza tal-ħaddiema li telqu għażlu li jmorru jaħdmu f’entitajiet governattivi, jew fis-settur tal-gaming, mentri oħrajn għażlu karriera fil-bejgħ inkluż dik tal-proprjetà.

Sport