Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) qiegħed jippubblika r-riżultati finali fil-kategoriji kollha tat-63 edizzjoni tal-iSportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali li saret nhar is-Sibt 25 ta’ Frar, fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Università ta’ Malta. Il-ġurnalisti li ffurmaw il-ġurija vvutaw ftit jiem qabel ma r-rebbieħa ġew magħrufa fis-Serata Finali.
Ir-riżultat uffiċjali huwa dan:
SPORTIV TAS-SENA
DEJAN GRECH – 80 punt
Jeremy Zammit – 76 punt
Cliferty Calleja – 47 punt
Isaac Bezzina – 42 punt
Kurt Farrugia – 42 punt
Jake Tanti – 41 punt
SPORTIVA TAS-SENA
KATRYNA ESPOSITO – 93 punt
Tenishia Thornton – 69 punt
Francesca Curmi – 57 punt
Janet Richard – 45 punt
Ella Borg – 36 punt
Colette Sultana – 28 punt
ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
CHAYLON CASTALDI – 107 punti
Nicholas Muscat – 57 punt
Nick Mercieca – 50 punt
Alex Degabriele – 44 punt
Luke Bonello – 40 punt
Alec Fenech – 30 punt
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
TENISHIA THORNTON – 120 punt
Kim Camilleri Lagana – 57 punt
Sasha Gatt – 50 punt
Lijana Sultana – 43 punt
Philippa Busuttil – 35 punt
Zea Montfort – 23 punt
COACH TAS-SENA
JESMOND CARUANA – 92 punt
Karl Izzo – 89 punt
Anthony Farrugia – 59 punt
Mario Bonello – 41 punt
Damien Neill – 31 punt
Melania Bajada – 16-il punt
UFFIĊJAL TAS-SENA
TERRY CAMILLERI – 102 punti
Ronnie Spiteri – 69 punt
Peter Balzan – 65 punt
Alan Grima – 47 punt
Anna Vassallo – 37 punt
Rhona Xerri – 8 punti
TEAM TAS-SENA
HAMRUN SPARTANS – 96 punt
Blackball team nazzjonali doubles – 73 punt
8-Ball Pool team nazzjonali U/25 – 51 punt
Basketball team nazzjonali – 45 punt
Waterpolo team nazzjonali – 41 punt
Waterpolo team U/16 – 18-il punt
PEOPLE’S CHOICE AWARD
TENISHIA THORNTON – 22.65%
Anthony Farrugia – 21.45%
Fabio Spiteri – 21.15%
Lijana Sultana – 13.45%
Tara Vella Clark – 10.85%
Volleyball team nazzjonali – 10.45%
Il-ġurija kienet komposta minn Clinton Buhagiar (ONE Sport), Valhmor Camilleri (Times of Malta), Chris Falzon u Joanna Camilleri (TVMSport), Charles Camenzuli (NET Media), Keane Cutajar (Malta Daily), Jesmond Moore (Union Press) u Sandro Micallef irrapreżenta l-voti tal-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS.
Għall-People’s Choice Award il-voti tal-ġurija kienu ta’ 40% tar-riżultati finali flimkien mal-40% tal-pubbliku u l-20% tal-għażliet tal-Federazzjonjiet u l-Assoċjazzjonijiet Sportivi.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jieħu din l-opportunità sabiex jirringrazzja lil SportMalta, lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll lill-isponsors kollha tas-sostenn tagħhom biex l-edizzjoni ta’ din is-sena reġgħet kienet suċċess.