Sfortunatament ir-riħ qawwi spiċċa biex intensifika l-problema kbira li WasteServ qed tkompli tiffaċċja meta nonqsu milli nisseparaw l-iskart.
Intant, ħaddiema tal-WasteServ flimkien ma’ Parks Malta u Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division qattgħu l-jum inaddfu l-madwar tal-Magħtab mill-plastik li nfirex.
Filwaqt li rringrazzjathom tal-ħidma tagħhom, il-Ministru tal-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet li jekk ilkoll nagħmlu l-parti tagħna u nisseparaw il-plastik u l-kumplament tal-iskart kif suppost, insaħħu l-protezzjoni ambjentali.