Saturday, September 7, 2024

Ir-raba’ rebħa tas-sena għal Caid Sly fl-aqwa klassi

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Taħt il-gwida ta’ Ludvic Ghigo, Caid Sly rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u għamlet parti mill-44 laqgħa tas-sena fuq ħdax -il tiġrija kollha tat-trott. 

Tlettax -il żiemel ġrew fl-aqwa tiġrija tal-ġurnata. Venale (Paul Galea) kien l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir mid-debuttanta Taljana Black In Black (Charles Camilleri) u Temon Your SM (Herman Mc Kay). Madwar 500 mil-linja finali ż-żiemel ta’ Galea beda jnaqqas mill-pass u eventwalment inqabeż minn Caid Sly (Ludvic Ghigo) li rnexxilu jieħu r-raba’ rebħa tas-sena b’nofs tul minn Baladin Du Reynard (Noel Baldacchino) u Caprice De Cosse (Mario Fenech). Victory Wind (Joseph Cassar) temm warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.17.2” fil-kilometru.  

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Cupidon De Bassard (C. Calleja) Ħin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Fidel De Banville (Ch. Vassallo) 4. Gina Bergil (P. Galea) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Idole De Neret (P. Galea) Ħin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Fakir De Mone (D. Cortis) 3. Khali Magdalon (M. Ellul) 4. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Iglesias Boshoeve (C. Calleja) Ħin – 3.27.4” (1.18.6”) 2. Islandais (J. Gafa’) 3. Friend (N. Azzopardi) 4. Dark Fant (P. Galea)  

IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Croque Tout (P. Galea) Ħin – 3.26.8” (1.18.4”) 2. Golden Noa (J. Buttigieg) 3. Very Welcome (J. Azzopardi) 4. Floyd Du Guibel (M. Ellul)  

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) Ħin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. Da Vinci Bond (M. Ellul) 3. Durga Des Valerins (A. Farrugia) 4. Duc De La Mortrie (J. Carabott) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Typhoeus Face (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.8” (1.17.1”) 2. Glenn Boko (R. Gatt) 3. Fast Des Brousses (C. Vassallo) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Caid Sly (L. Ghigo) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Baladin Du Reynard (N. Baldacchino) 3. Caprice De Cosse (M. Fenech) 4. Victory Wind (J. Cassar) 

Cliferty Calleja jirbaħ it-tielet tiġrija fil-ġurnata fuq Bicetre

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Bicetre (C. Calleja) Ħin – 3.21” (1.16.1”) 2. Elixir Du Bocage (Ch. Camilleri) 3. Flash De Celland (D. Ellul) 4. French Gold (J. Gafa’) 

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Zidane D.E. (Ch. Grech) Ħin – 3.23.4” (1.17.1”) 2. Choco Garline (J. Gafa’) 3. Andover Heaven (Ch. Camilleri) 4. Cuenca (C. Farrugia) 

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Half Tege (P. Spiteri) Ħin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Dunty Des Landes (S. Schembri) 3. Dreamsam d’Oscar (O. Cauchi) 4. Fortuna De Coudde (D. Debono) 

XI -il Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Enclos (R. Gatt) Ħin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Don Josco (R. Magro) 3. Forma De Blary (J. Gafa’) 4. Defi Orageux (C. Gerada)

Ekonomija

Sport