Wednesday, May 15, 2024

Ir-raġel li allegatament qatel lil Rita Ellul jibda għaddej ġuri

Aqra wkoll

Laurence Abina ta’ 32 sena mill-Ghana, beda għaddej ġuri fejn hu mixli bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu Rita Ellul li dakinhar kellha 49 sena. Dan id-delitt kien sar sentejn ilu f’appartament fejn kien jgħix l-akkużat fi Triq Dun Franġisk Mizzi Għajnsielem.

Ellul hija omm ta’ 3 itfal u kienet ilha f’relazzjoni mal-akkużat għal 4 snin. Il-koppja kienu spiċċaw il-Qorti wara li kien hemm akkużi ta’ vjolenza domestika fil-konfront tar-raġel.

Fil-bidu tal-investigazzjonijiet il-pulizija kienu mxew fuq it-teżi li l-mewt ta’ Ellul kienet waħda naturali minħabba li ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza fuqha. Iżda hekk kif saret l-awtopsja ġie stabbilit li hija mietet fgata u anke kien hemm xi tbenġil.

Il-ġuri qiegħed jinstema quddiem l-Imħallef Natasha Galea Sciberras

Għall-akkużat qed jidher l-Avukat Simon Micallef Stafrace. Għall-Parte Civile qed jidhru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Kaylie Bonett.

Sport