Saturday, December 21, 2024

Ir-raġel li hu akkużat li ta b’sikkina żewġt ibniet jerġa’ jitlob li jinħeles mill-arrest

Aqra wkoll

Nazzareno Dalli, ta’ 43 sena li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġt aħwa bniet mill-ġdid reġa’ talab għall-ħelsien mill-arrest. Dalli jinsab akkużat li fid-9 ta’ Marzu li għadda pprova joqtol liż-żewġt aħwa ta’ 12 u 15-il sena id-dar fejn kienu jgħixu fil-Marsa.

Il-Prosekuzzjoni, quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia qalet li kienet qiegħda toġġezzjoni għall-ħelsien mill-arrest minħabba li għandu l-problema tal-vizzju tad-droga.

Min-naħa tagħha d-difiża qalet li l-klijent tagħha jinsab f’dik is-sitwazzjoni minħabba l-eks sieħba tiegħu li tiġi wkoll omm iż-żewġt ibniet. Id-difia qalet li meta l-eks sieħba kienet fil-prostituzzjoni kienet tieħu d-droga wkoll u kienet hi li ressqitu lejn dan il-vizzju.

Skont id-difiża, matul iż-żmien li ilu arrestat Dalli qatt ma kellu għalfejn jingħata l-methadone għax m’għandux il-vizzju iżda kien jikkonsma id-droga xi kultant.

Iżda għal dan kollu l-Prosekuzzjoni qalet li Dalli meta temm ir-relazzjoni ma’ omm il-bniet xorta waħda baqa’ jieħu d-droga, inkluż lejliet ir-reat.

Min-naħa tagħha l-Qorti qalet li ma tħosshiex komda tieħu deċiżjoni dwar din sakemm l-akkużat ma jkollux is-sapport neċessarju. Kien għalhekk li l-Qorti ordnat li jinħatar uffiċjal tal-probabtion biex jagħmel rapport dwar l-imputat sas-seduta li jmiss.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Etienne Savona u Manuel Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispetturi Wayne Camilleri.

Id-difiża qed titmexxa’ mill-Avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri, Mario Mifsud, Nicholas Mifsud, Franco Debono u Adreana Zammit waqt li għall-parte civile qed tidher l-Avukat Roberta Spiteri.

Ekonomija

Sport