Saturday, November 16, 2024

Ir-raġel li jistupra n-nisa waqt li jkunu reqdin jeħel sitt snin ħabs

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena intbagħat sitt snin u għaxar xhur ħabs wara li nstab ħati li stupra żewġ nisa waqt li kienu reqdin. Il-każi seħħew f’Yorkshire.

Dariush Behdarvandi attakka mara f’Knaressborogh u anke stupra mara oħra bil-lejl fl-appartament tagħha li kien jinsab f’Chapel Allerton f’Leeds. Behdarvandi Aidi kien ċaħad l-akkużi.

Emma Dawson, CID stqarret li “l-ebda sentenza ta’ ħabs ma tista’ ttaffi is-sofferenzi li għaddew minnhom il-vittmi. Nittama imma li l-fatt li hu jinsab fiċ-ċella ittaffi xi ftit din is-sofferenza”.

Ekonomija

Sport