Tuesday, December 24, 2024

Ir-raġel li saq fuq studenti f’Berlin isofri minn kundizzjoni mentali

Aqra wkoll

Il-pulizija qalu li x-xufier tal-karozza li lbieraħ saqet fuq folla fi triq kummerċjali f’Berlin huwa raġel ta’ 29 sena u ġie arrestat fuq il-post. Għalliema tilfet ħajjitha filwaqt li 14-il student/a sfaw midruba. Il-vittmi kienu fuq ħarġa tal-iskola minn skola f’Hesse.

Il-Ministru tal-Intern tal-Ġer­manja, Iris Spranger, qalet li l-evidenza qiegħda tissuġġerixxi li x-xufier kien qiegħed isofri minn kundizz­joni mentali. Ix-xufier għandu ċittadinanza Ġermaniża u Armena u huwa residenti f’Berlin. Hu mifhum li wħud minn dawk feruti jinsabu f’kundizz­joni gravi.

Persuni li kienu fuq il-post fil-ħin li seħħ l-inċident qalu li huma raw vettura tal-għamla Renault Clio ssuq għal fuq folla ta’ persuni li kienu fuq il-bankina. Wara, il-vettura reġgħet daret lejn it-triq u baqgħet dieħla f’vetrina ta’ ħanut. L-istess persuni qalu li malli ħabat, l-aggressur ħareġ mill-karozza, telaq jiġri u kienu n-nies stess li qabduh.

Ir-rapporti li kienu jgħidu li l-aggressur ħalla xi nota fil-ka­rozza kienu miċħuda mill-pulizija.

Ekonomija

Sport