Wednesday, October 9, 2024

Ir-raġel li ttajjar bil-mutur f’Marsalforn jintbgħat id-dar mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Aqra wkoll

Kelliem għal Pulizija qal lil Talk.mt li r-raġel intbgħat lura d-dar wara li aktar kmieni kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li tajjar bil-mutur f’Marsalforn.

Il-pulizija marru fuq il-post fejn għamlu rapport tal-inċident.

Aktar kmieni: Raġel jiddaħħal l-Isptar wara li ttajjar bil-mutur f’Marsalforn

Anzjan Għawdxi ta’ 72 sena ddaħħal l-Isptar Ġenerali f’Għawdex wara li ttajjar bil-mutur f’Marsalforn.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 2.30pm meta għal xi raġuni kien hemm impatt bejn karozza Volkswagen Polo u mutur Honda.

Patri mit-triq li minn Marsalforn tagħti għar-Rabat tinsab magħluq għat-traffiku u għalhekk il-karozzi qed jgħaddu min-naħa tal-parkeġġ.

Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhix magħrufa.

Sport