Saturday, October 26, 2024

Ir-raġel li wettaq l-attakk ta’ Nashville “kien f’battalja mal-5G”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sit DailyMail.com żvela li Anthony Quinn Warner, li allegatament huwa l-persuna li wetted l-attakk b’bomba ġewwa Nashville,kellu t-tama li jibqa’ mfakkar bħala “eroj” wara dan l-attakk. Warner kellu fil-mira tiegħu l-kumpanija ta’ telekomunikazzjoni AT&T u dan għax hu kien jemmen bis-sħiħ li t-teknoloġija ċellulari tal-5G qiegħda toqtol lin-nies.
Warner, li kellu 63 sena u kien jaħdem fit-tiswijiet tal-kompjuter, sploda lilu nnifsu barra l-bini tal- kumpanija msemmija iktar kmieni. Hu ġie identifikat minn kampjuni tad-DNA li nġabru minn fuq il-post. Sorsi qrib l-investigazzjoni qalu ma’ Dailymail.com li Warner
kien jemmen bis-sħiħ għadd ta’ teoriji ta’ kospirazzjoni.
Jeżistu numru ta’ teoriji ta’ kospirazzjoni dwar is-sistema ta’ 5G network, fejn hemm min jgħid li din hija sistema ta’ spjunaġġ fuq il-poplu filwaqt li oħrajn saħasitra jallegaw li dan intuża fit-tixrid tal-virus tal-Covid-19.
Għadd ta’ sistemi elettroniċi ġew elevati mid-dar ta’ Warner, li tinsab f’Antioch subborg f’Nashville, u dawn ittieħdu f’laboratorju forensiku fejn hemm se tiġi analizzata l-attività online ta’ Warner.
L-investigaturi qegħdin jistudjaw ukoll jekk il-paranoja ta’ Quinn dwar it-telekomunikazzjoni bdietx wara l-mewt ta’ missieru Charles B. Warner. Charles kien miet kawża tad-dimensja u kien qatta’ snin twal jaħdem mal-kumpanija BellSouth, li kienet kumpanija sussidjarja ta’ AT&T.

Sport