Sunday, June 22, 2025

Ir-raġel tal-mexxejja tal-Oppożizzjoni fil-Belarus meħlus mill-ħabs

Aqra wkoll

Sergei Tikhanovsky r-raġel ta’ Svetlana Tikhanovskaya, il-mexxejja tal-Oppożizzjoni fil-Belarus kien meħlus mill-ħabs  b’sorpriża flimkien ma’ 13-il politiku ieħor.

Tikhanovskyhu attivist fil-partit tal-Oppożizzjoni wkoll hekk kif inħareġ mill-ħabs telaq lejn il-Lithuania fejn ingħaqad ma’ martu li ilha tgħix fl-eżilju fil-kapitali Vilnius. Hu kien ilu arrestat ħames snin.

Kienet Svetlana nnifsiha li permezz ta’ filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali dehret tgħannaq lil żewġha. F’kummenti lill-midja internazzjonali qalet li hija diffiċli li tispjega l-ferħ li ħasset hekk kif reġgħet ingħaqdet ma’ żewġha.

Dan il-ħelsien mill-ħabs sar hekk kif il-mibgħut speċjali tal-Istati Uniti Keith Kellogg żar il-kapitali Minsk u kellu laqgħat mal-amministrazzjoni tal-mexxej Alexander Lukashenko.

Intant, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Lithuanian ikkonferma li 14-il politiku kienu nħelsu minn ħabs fil-Belarus u se jkunu qegħdin jingħataw kenn politiku fil-pajjiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport