F’Diċembru 2025, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet ta’ 2.4%, tnaqqis mit-2.5% tax-xahar ta’ qabel.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li f’Diċembru li għadda, l-ogħla rati annwali ta’ inflazzjoni kienu rreġistrati fl-Edukazzjoni (4.3 fil-mija) u fl-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (3.7 fil-mija).
Min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoni (-5.5 fil-mija) u l-Ħwejjeġ u ż-żraben (-3.2 fil-mija) irreġistraw l-aktar rati baxxi tal-inflazzjoni annwali.

