Wednesday, May 7, 2025

Ir-rata ta’ kriminalità f’Għawdex naqset bi 23%

- Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri

Aqra wkoll

Ir-rata ta’ kriminalità f’Għawdex, naqset bi 23%, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li rreġistra l-inqas ammonti ta’ serq fl-aħħar 20 sena. Dan ifisser in-nofs ta’ dak li kien irreġistrat fl-2006.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri  fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari illi saret mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said. 

Fir-rigward ta’ Malta, il-Ministru Camilleri qal li pajjiżna baqa’ pajjiż sigur u stabbli, bir-rata ta’ reati kriminali hija ta’ 30 reat għal kull elf persuna li tgħix fil-pajjiż. 

Tenna li dan jirrifletti tnaqqis meta mqabbel mas-sena 2023 u tnaqqis sostanzjali meta mqabbel mas-46 każ irrapportat għal kull elf persuna li Malta kienet tesperjenza fl-2004.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport