Tuesday, August 26, 2025

Ir-rata tal-inflazzjoni f’Lulju kienet ta’ 2.4%

Aqra wkoll

FʼLulju li għadda, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-RPI kienet taʼ 2.4 fil-mija, l-istess bħax-xahar taʼ qabel.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li l-ogħla rati ta’ inflazzjoni f’Lulju 2025 kienu rreġistrati fix-xorb u t-tabakk (3.8 fil-mija) u fl-ikel (3.8 fil-mija). Min-naħa l-oħra, l-aktar rati baxxi taʼ inflazzjoni annwali kienu rreġistrati fl-Ilma, l-elettriku, l-gass u l-fjuwils (0.0 fil-mija) u fl-Għamara u t-tagħmir tad-dar (0.4 fil-mija).

FʼLulju 2025, l-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tal-Ikel (+0.82 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tat-take-aways. It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet kienu nnotati fl-Indiċi tat-Trasport u l-komunikazzjoni (+0.39 punti perċentwali) u fl-Indiċi tar-Rikreazzjoni u l-kultura (+0.25 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tat-trasport bl-ajru u tal-edukazzjoni, rispettivament.

Ma kinux irreġistrati kontribuzzjonijiet negattivi għall-inflazzjoni annwali fil-lista taʼ indiċijiet aggregati fix-xahar taʼ Lulju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport