Tuesday, December 24, 2024

Ir-Re Karlu III jibda jingħata l-kura kontra l-kanċer

Aqra wkoll

Il-Palazz ta’ Buckingham ħabbar li r-Re Karlu III jinsab marid bil-kanċer. Fi stqarrija uffiċjali ma ġiex żvelat x’tip ta’ kanċer ir-Re qed isofri minnu għalkemm intqal li dan ma kienx relatat mal-prostata.

Il-Palazz qal li l-kanċer instab waqt li r-Re kien rikoverat fl-isptar fl-aħħar jiem għal testijiet tal-prostata. Ir-Re beda jingħata l-kura matul il-jum tat-Tnejn u se jkollu jipposponi l-impenji pubbliċi tiegħu matul it-trattament.

Żied jingħad li r-Re “jibqa’ għalkollox pożittiv dwar it-trattament tiegħu u qiegħed jistenna bil-ħerqa li jerġa’ lura għall-ħidma pubblika malajr kemm jista’ jkun.”

Ir-Re informa liż-żewġ uliedu b’mod personali dwar id-dijanjosi tiegħu u ntqal li l-Prinċep ta’ Wales żamm kuntatt regolari ma’ missieru.
Id-Duka ta’ Sussex, il-Prinċep Harry, li jgħix l-Istati Uniti, tkellem ma’ missieru u se jkun qed jivvjaġġa lejn ir-Renju Unit biex imur ħdejh fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport