Tuesday, December 24, 2024

Ir-Re Karlu jiffoka fuq il-kriżi tal-għoli tal-ħajja fl-ewwel messaġġ tiegħu tal-Milied

Aqra wkoll

Fl-ewwel messaġġ tiegħu f’Jum il-Milied ir-Re Karlu għażel li jirrifletti fuq il-kriżi tal-għoli tal-ħajja. Huwa tkellem dwar l-ansjetà u l-isforzi ta’ dawk li qed jagħmlu minn kollox biex iħallsu l-kontijiet tagħhom filwaqt li jitimgħu lil familthom u jżommuha sħuna.

Ir-Re Karlu fakkar il-memorja ta’ ommu r-Reġina Eliżabetta t-Tieni, li mietet f’Settembru li għadda. Id-diskors għamlu mill-Kappella ta’ San Ġorġ; il-post fejn hemm midfuna r-Reġina Eliżabetta II. 

Filwaqt li saħaq li d-diskors tiegħu kellu jkun iffukat fuq dawk ta’ qalbhom safja li kienu qegħdin jgħinu biex jagħtu ikel, donazzjonijiet u saħansitra akkomodazzjoni komda lil dawk ta’ madwarhom l-iktar fil-bżonn.

Fi stqarrija maħruġa minn Buckingham Palace kien intqal li l-fondi miġbura mid-donazzjonijiet wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta ll kienu se jingħataw lil organizzazzjoni li tgħin lil dawk li mhumiex fi stat li jħallsu l-prezzijiet tal-enerġija.

F’termini ta’ bidliet fl-istil, ir-Re wassal l-ewwel messaġġ tiegħu bilwieqfa, aktar milli indirizz formali minn wara skrivanija li konna mdorrijin bih. Barra minn hekk it-temi tiegħu indirizzaw kwistjonijiet soċjali aktar attwali.

Ekonomija

Sport