Sunday, November 24, 2024

“Ir-Re tal-kokaina ta’ Milan” estradit lejn l-Italja 

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wieħed mill-aktar irġiel imfittxija fl-Italja wasal Ruma wara li ġie estradit mill-Brażil. Rocco Morabito kien ilu jinħeba għal diversi xhur sakemm finalment inqabad f’operazzjoni konġunta bejn il-Pulizija tal-Brażil u dawk tal-Italja f’Mejju tas-sena li għaddiet.

Magħruf bħala “r-re tal-kokaina ta’ Milan”, ir-raġel ta’ 55 sena se jiskonta sentenza ta’ 30 sena ħabs fuq traffikar ta’ droga.

Il-kap tal-mafja qatta’ għexieren ta’ snin maħrub billi kien qiegħed juża identità falza fl-Amerika t’Isfel.

Wara żmien ta’ tfittxija, is-sena l-oħra l-pulizija rnexxielha ssibu f’João Pessoa, belt fil-Grigal tal-Brażil, fejn ġie arrestat flimkien ma’ Vincenzo Pasquino –  membru ieħor tal-grupp tal-mafja ‘Ndrangheta. 

Minn dakinhar Pasquino kien ġie kkundannat 17-il sena ħabs fuq traffikar ta’ droga.

Huwa kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ ħabs meta fl-2019 irnexxielu jaħrab flimkien ma’ tliet priġunieri oħra minn toqba fis-saqaf. Dan wara li kien ġie arrestat fl-Urugwaj sentejn qabel fejn tħalla jiskonta sentenza ta’ ħabs sakemm ikun jista’ jiġi estradit lejn l-Italja.

Sport