Minn Cristian Muscat
Iddsekrivi l-esperjenza tiegħek ma’ Sliema Beach Soccer.
Din kienet it-tieni esperjenza tiegħi li nilbes il-flokk ta’ Sliema. Ninsab kuntent u eċċitat ħafna. Ma kinitx faċli, imma rnexxielna nilħqu l-għan tagħna. Nirringrazzja lill-president Zack Zammit, lill-Kowċ Beppe Barone, u lit-tim kollu tat-tmexxija tal-fiduċja tagħhom fija.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tgħid dwar ir-rebħ tal-kampjonat lokali tal-beach soccer minn Sliema Beach Soccer f’dawn l-aħħar ġimgħat?
Ir-rebħ tal-kampjonat Malti tal-Beach Soccer kien sentiment mill-isbaħ.
Xi tgħidli dwar il-finali, fejn għelibtu lil Hamrun SC Beach Soccer bl-iskor strett ta’ 7-6?
Il-finali kienet iebsa; ippreparajna tajjeb għal-logħba. Hamrun huwa tim fiżikament b’saħħtu, imma tajna xi ħaġa żejda mil-lat tattiku u tekniku. Konna aktar konkreti u determinati minnhom biex nisfruttaw l-opportunitajiet tagħna u nsarrfuhom f’gowls.
Kif ġejt tilgħab f’Malta?
Fil-Cup Winners tal-Euro tal-2023 f’Nazaré, kelli x-xorti li niltaqa’ ma’ Beppe Barone, sieħeb fit-tim tiegħi ma’ Naxos BS, li issa huwa ħabib kbir tiegħi barra mill- Beach Soccer. Huwa ġabni abbord għat-tieni sena nilgħab hawn f’Malta. Grazzi speċjali lilu!
Kif tiddeskrivi l-livell tal-beach soccer f’Malta, u kemm hu differenti minn dak fl-Italja?
Il-livell tal-logħob huwa pjuttost differenti minn dak Taljan, kemm teknikament kif ukoll tattikament.
Kif tiddeskrivi r-riżorsi tal-beach soccer f’Malta, fil-‘Bajja s-Sabiħa’ f’ Birzebbugia?
Malta huwa nazzjon żgħir ħafna, imma għandha ħafna lok għal tkabbir f’dan l-isport. Il-faċilitajiet jinsabu f’ambjent sabiħ, iżda jeħtieġu aħjar, speċjalment ir-ramel u ż-żoni tal-madwar, id-doċċi, u ċ-changing rooms. M’hemmx bżonn ħafna biex issir realtà mill-isbaħ!
Kif qed tara l-futur tiegħek fil-beach soccer?
Il-futur tiegħi? Għandi kważi 41 sena, u sakemm saqajja jibqgħu tajbin, mhux se naqta’ qalbi. Wara dan, se ngħaddi l-bastun lil ibni Mario, magħruf minn sħabu bħala “Mariolino,” li ilu jsegwini b’passjoni għal snin sħaħ, bit-tama li jilgħab mill-inqas logħba uffiċjali waħda miegħu.
Għaddi messaġġ finali lil kull min jixtieq jibda jilgħab il-beach soccer.
Ilni nilgħab il-beach soccer għal diversi snin u tħabbibt miegħu mill-ewwel.
Inħeġġeġ bis-sħiħ lill-ġenituri kollha biex iħallu lil uliedhom jippruvaw dan l-isport mill-isbaħ, li diġà qed jikber, iżda jistħoqqlu aktar viżibilità!