Friday, December 27, 2024

Ir-referee ta’ Milan-Napoli jiġi mneħħi mill-UEFA

Aqra wkoll

Allegatament, il-UEFA ddeċidiet li tneħħi lir-referee Istvan Kovacs mil-logħbiet Ewropej għall-kumplament ta’ dan l-istaġun wara x-xogħol kontroversjali tiegħu fir-rebħa ta’ Milan kontra Napoli fiċ-Champions League.

Il-konfront tal-kwarti-finali bejn iż-żewġ naħat Taljani kien ta’ tensjoni ġewwa u barra l-ground, mhux mgħejun minn sensiela ta’ deċiżjonijiet kontroversjali li ħa r-referee Rumen ta’ 38 sena.

Rafael Leao ma ġiex ammonit talli għamel ħsara lill-bandiera tal-corner b’daqqa ta’ sieq petulanti, tkeċċa André-Frank Zambo Anguissa wara li ddobba żewġ karti sofor u Kim Min-Jae se jkun eskluż mit-tieni leg wara karta safra dubjuża. Milan kienu wkoll diżappuntati, b’xi penalties li ma ngħatawx.

Kif irrappurtat mill-ġurnalist Taljan, Luca Cerchione, il-UEFA ddeċidiet li Kovacs mhux se jieħu ħsieb il-partiti Ewropej għall-kumplament tal-istaġun minħabba l-ħidma tiegħu fir-rebħa ta’ Milan fuq Napoli.

Kovacs kien ħa t-tmexxija ta’ erba’ logħbiet taċ-Champions League dan l-istaġun qabel Milan-Napoli, fosthom ir-rebħa ta’ 5-2 ta’ Real Madrid fuq Liverpool fir-round tal-Aħħar 16.

Ekonomija

Sport