Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn ir-regatta?
L-imħabba tiegħi lejn ir-regatta minn dejjem kienet hemm. Dan għaliex kelli ħafna familjari tiegħi li kienu involuti fir-regatta fosthom nannuwi u zijuwi kienu involuti fir-regatta allura minn dejjem tlajna nħobbu r- regatta, sakemm imbagħad imxejt wara l-passi li tani zijuwi u bdejt naqdef fil-kategorija tan-nisa minn etá żgħira.
X’tikkummenta fuq l-involviment tan-nisa fir-regatta?
Bħalissa qegħdin naraw involviment qawwi min-naħa tan-nisa fir-regatta saħansitra kważi qegħdin naraw aktar nisa jixtiequ jaqdfu milli subien.
X’tikkummenta fuq l-organizzazzjoni tar-Regatta f’pajjiżna?
Naħseb li l-organizzazzjoni tar-regatta għandha ssir aktar b’reqqa. Fl-aħħar regatta l-ewwel tiġrija kellha tibda fis-1pm u aħna l-kategorija tan-nisa konna l-ewwel biex nibdew u spiċċajna għamilna siegħa u nofs fuq il-baħar għalxejn għaliex it-tluq minn fejn nitilqu ma kienx għadu lest
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fir-regatta?
Il-futur tiegħi fir-regatta se jkollha tieħu pawża żgħira għat-tiġrija ta’ Marzu għaliex għadna kif sirna nafu li qed nistenna tarbija imbagħad inkomplu nħarsu lejn it-tiġrija ta’ Settembru b’determinazzjoni.
Għaddi messaġġ finali lil dawk il-bniet u t-tfajliet li jixtiequ jibdew jieħdu sehem fir-Regatta.
Ir-regatta mhijiex biss delizzju iżda passjoni u dedikazzjoni kbira. Isiru ħafna sagrifiċċji f’sitt xhur ta’ ħidma peró jekk ikolok id-determinazjoni li tagħmilha u ma taqtax qalbek, ir-regatta tiġi parti kbira minn ħajtek!