Minħabba l-maltemp, riħ qawwi u kundizzjonijiet klimatiċi xejn ottimali li laqtu l-gżejjer Maltin matul il-jum tat-Tlieta, ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien kellha tiġi posposta għal nhar il-Ħadd 12 t’April.
Ir-riżultati li kienu diġá saru minn ħames tiġrijiet (tnejn minn Kategorija A, tnejn minn Kategorija B u minn dik tan-Nisa) se jibqgħu fis-seħħ, bil-kumplament tat-tiġrijiet ikompli proprju fit-12 ta’ April.
KATEGORIJA OPEN
L-ewwel tiġrija kienet dik tad-Dgħajjes tal-Midalji li ntrebħet mill-Isla, bid-dgħajsa, ‘Inkurunata’ f’ħin ta’ 4’36” mill-qaddiefa Davison Micallef, Glenn Zammit, Wayne Pike u Andre Gauci. Fit-tieni post daħlu Bormla bil-Birgu li ġew skwalifikati.
Bormla rebħu t-tieni tiġrija – dik tal-Frejgatini ta’ bid-dgħajsa ‘Marija ta’ Leli’ bil-qaddiefa għalihom ikunu Matthia Calleja, Mel Magro u Huston Camilleri. Birzebbugia temmew fit-tieni post,, bil-Birgu li daħlu fit-tielet post.
KATEGORIJA B
L-ewwel tiġrija kienet dik tal-Pass ta’ bi Tnejn li ntrebħet minn Marsamxett, bid-dgħajsa, ‘Lucia’ f’ħin ta’ 5’32” mill-qaddiefa Juan Farrugia u Wayne Cassar. Fit-tieni post daħlu l-Isla segwiti mill-Birgu.
Bormla rebħu t-tieni tiġrija – dik tal-Kajjikki bid-dgħajsa ‘Il-Bormliż’ f’ħin ta’ 6’13” bit-tim ikun kompost minn Kyle Gauci u Osion McKinley. Fit-tieni post daħlu Marsamxett, waqt li l-Isla temmew fit-tielet post.
Ta’ nota huwa l-fatt li saret ukoll it-tiġrija tal-Frejgatini tan-Nisa li ntrebħet minn Bormla bid-dgħajsa ‘Dhalia’ f’ħin ta’ 7’04” permezz tal-qaddiefa, Kiahna Camilleri, Zanishia Pace u Rileyah Pace. Birgu daħlu fit-tieni post, bl-Isla jtemmu fit-tielet post.
Riżultati u Klassifiki parzjali
Kategorija A
Dgħajjes tal-Midalji
1. Isla – 4’36” (20 punt); 2. Bormla (12); Birgu skwalifikati
Frejgatini
1. Bormla (12); 2. Birzebbugia (8); 3. Birgu (4)
Klassifika Parzjali: Bormla – 24 punt; Isla – 20 punt; Birzebbugia – 8 punti; Birgu – 4 punti; Kalkara, Marsamxett u Siġġiewi – 0 punti
Kategorija B
Tal-Pass ta’ bi Tnejn
1. Marsamxett – 5’32” (20 punt); 2. Isla (12); 3. Birgu (6)
Kajjikki
1. Bormla – 6’13” (12); 2. Marsamxett (8); 3. Isla (4)
Klassifika Parzjali: Marsamxett – 28 punt; Isla – 16-il punt; Bormla – 12-il punt; Birgu – 6 punti; Birzebbugia, Kalkara u Siġġiewi – 0 punti

