Ir-Reġina mhijiex se tattendi għas-Summit COP26 rigward it-tibdil fil-klima li se jkun qiegħed isir fi Glasgow. Dan wara parir mediku li ngħatat biex tkun tista’ tkompli tistrieħ.
Ir-Reġina Eliżabetta ll, fl-età ta’ 95 sena, sarulha testijiet mediċi matul il-jum tal-Erbgħa wara li tħassret iż-żjara li kellha tagħmel fl-Irlanda ta’ Fuq.
Hija kompliet bl-impenji pubbliċi tagħha t-Tlieta li għadda permezz ta’ video conference mal-ambaxxaturi minn Windsor Castle.
Fi stqarrija Buckingham Palace qal li “b’dispjaċir”, ir-Reġina ddeċidiet li jkun għaqli li tisma’ mill-pariri mogħtija lilha, iżda se tkun qiegħda tagħmel l-indirizz tagħha lid-delegati xorta waħda permezz ta’ messaġġ irrekordjat.