Saturday, December 28, 2024

Ir-Reġina qiegħda tfittex bajjad li se jitħallas mit-taxxi tal-poplu

Aqra wkoll

Ir-Reġina Eliżabetta ll qiegħda tfittex bajjad u disinjatur li jista’ jagħti wiċċ ġdid lil Buckingham Palace.

Is-salarju tiegħu se jkun ta’ madwar £30,000 u l-applikazzjonijiet għal dan l-impjieg se jkunu qegħdin jagħalqu fit-3 ta’ April li ġej.

Din ir-rinnovazzjoni ġiet ikkritikata bil-qawwa minn membri tal-pubbliku u ftit wara li bdiet tinxered petizzjoni, aktar minn 150,000 persuna ffirmaw li dan ix-xogħol kellu jitħallas mill-familja rjali u mhux mit-taxxi tal-poplu kif previst.

L-aħħar darba li sar xogħol ta’ dan it-tip fuq il-palazz kien lura fl-1952.

Ekonomija

Sport