Friday, December 27, 2024

Ir-Reġina tad-Danimarka ħalliet lil kulħadd sorpriż bil-messaġġ ta’ lejlet l-ewwel tas-sena

Aqra wkoll

B’sorpriża, ir-Reġina Margrethe II tad-Danimarka ħabbret li se tabdika mir-rwol tagħha kmieni fl-2024. Dan qalitu fid-diskors tradizzjonali tagħha ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena li xxandar fuq it-televiżjoni Daniż, fejn żiedet tgħid li se tagħti t-tron lil binha.

Hija qalet li ddeċidiet li tagħmel dan il-pass minħabba li għamlet operazzjoni f’daharha fi Frar tal-2023 u li għalhekk kellha tgħaddi dan l-irwol lil binha sabiex tieħu iktar ħsieb ta’ saħħitha.

Ir-Reġina, Margrethe qalet li hija se tkun qed tagħmel dan fl-14 ta’ Jannar ta’ din is-sena 2024, fil-jum tant speċjali għaliha, hekk kif se jkun qiegħed ifakkar it-52 anniversarju minn mindu hija saret reġina.

Wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II tal-Gran Brittanja s-sena l-oħra, Margrethe saret l-aktar Reġina li ilha serva fl-Ewropa. Intant, fi l-uffiċju tal-Prim Ministru Daniż, fi stqarrija qal li iben ir-Reġina, il-Prinċep fredrick, se jkun qiegħed jieħu t-tron f’Jannar ta’ din is-sena.

Ekonomija

Sport