Friday, December 13, 2024

Ir-Reġina tagħlaq sebgħin sena fuq it-tron

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sellem il-ħidma u d-dedikazzjoni tar-Reġina Eliżabetta ll hekk kif din irnexxielha tgħaqqad is-sebgħin sena f’din il-kariga.

Madwar il-pajjiż kollu ttellgħu ċelebrazzjonijiet hekk kif din hija l-ewwel monarkija Ingliża li waslet sal-Platinum Jubilee.

Johnson fakkar dan il-jum storiku u qal li matul is-seba’ deċenji tagħha tirrenja, ir-Reġina kienet ta’ ispirazzjoni u qdiet lin-nazzjon b’dedikazzjoni bla qies.

Il-Prim Ministru Ingliż fl-aħħar jiem tkellem dwar dan il-jum mal-Membri Parlamentari u qal li filwaqt li huwa minnu li dan huwa mument ta’ ċelebrazzjoni, din se tkun ġurnata b’emozzjonijiet imħallta għar-Reġina. Dan hekk kif l-istess jum jimmarka 70 sena mill-mewt tal-mibki missierha George VI.

Żied jgħid li ma kellux dubju li l-bqija tal-membri xtaqu jingħaqdu miegħu f’dan ir-ringrazzjament.

Johnson tenna jgħid li jħares ’il quddiem biex f’Ġunju jkunu jistgħu jittellgħu numru ta’ attivitajiet nazzjonali li jfakkru dan il-jum storiku.

Fl-età ta’ 95 sena, ir-Reġina ħadmet ma’ 12-il Prim Ministru differenti bejn l-amministrazzjoni ta’ Winston Churchill u dik preżenti ta’ Boris Johnson.

Ekonomija

Sport