Friday, November 15, 2024

Ir-regola ta’ ħames sostituti ddaħħlet b’mod uffiċjali fil-Ingilterra

Aqra wkoll

L-użu ta’ ħames sostituti ġew imdaħħla fil-prattika tal-logħba meta l-leġiżlaturi tal-football, l-Internatio­nal Football Association Board (IFAB), iltaqgħu f’Doha, il-bie­raħ.

Ir-regola ddaħħlet f’Mejju 2020, minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Issa se jkun implimentat qabel l-istaġun 2022-23 fid-diskrezzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-kompetizzjoni.

L-aġenda tal-IFAB kienet tinkludi sostituzzjonijiet għal konkussjoni u teknoloġija semi-automated tal-offside.

Il-Premier League Ingliż kien l-unika kompetizzjoni ewlenija li ma kompliex b’ħames sostituzzjonijiet u fl-istaġun 2020-21 komplew għaddejjin bi tliet sostituti.

Xi clubs ħassew li dan ta spinta nġusta lil dawk bi skwadri akbar u dan kien vantaġġ inġust tant li r-regola lanqas ma ddaħlet għall-istaġun 2021-22, minkejja li l-IFAB irrakkomanda li ħames sostituzzjonijiet jiġu implimentati fl-isport fuq bażi permanenti f’Ottubru 2021.

Madankollu, f’Marzu li għadda saret votazzjoni bil-clubs tal-Premier League jaqblu li l-għadd ta’ ħames sostituzzjonijiet jiddaħħlu fl-istaġun li ġej, 2022-23.

L-IFAB jgħid li s-sostituzzjonijiet jistgħu jsiru fi tliet okkażjonijiet waqt partita, eskluż kwalunkwe tibdil fil-mistrieħ, waqt li s-sitt bidla potenzjali tista’ issir jekk logħba tmur għall-ħin barrani.

F’termini ta’ sostituzzjonijiet ta’ konkussjoni u teknoloġija semi-automated tal-offside, dawn kienu biss punti ta’ diskussjoni fil-laqgħa f’Doha.

F’Diċembru 2020 l-IFAB approva test bi prova li ppermetta biss sostituzzjonijiet permanenti ta’ konkussjoni, għalkemm il-Professional Footballers Association (PFA) talbet għal sostituzzjonijiet temporanji bħala parti mill-ittestjar.

Il-FIFA għamlet provi tat-teknoloġija semi-automated tal-offside fit-Tazza tad-Dinja tal-Clubs tal-FIFA u l-FIFA Arab Cup u tista’ tużaha fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar aktar tard din is-sena.

Din taħdem bl-użu ta’ 10 kameras dedikati, kif ukoll diversi kameras tat-televiżjoni, li jiġbru sa 29 punt tad-dejta għal kull player 50 kull sekonda.

“Qed inkomplu t-test biex nippruvaw niksbu l-għan: li jkollna iktar deċiżjonijiet preċiżi u anke deċiżjonijiet iktar mgħaġġla f’inċidenti tal-offside,” qal Pierluigi Collina, li huwa ċ-chairman tal-kumitat tar-referees. “Xi ħaddieħor sej­ħilha offside robot; iżda m’hijiex.

“Ir-referees u l-assistenti referees jibqgħu responsabbli għad-deċiżjonijiet fuq il-qasam tal-logħob.

“It-teknoloġija għall-għajnuna tagħtihom biss għajnuna ta’ sapport stmat biex ikunu aktar probabbli u veloċi, partikolarment meta l-inċident tal-offside huwa strett ħafna u diffiċli ħafna.”

Ekonomija

Sport