Sunday, December 22, 2024

“Ir-relazzjoni sesswali għandha tkun ristretta għaż-żwieġ bejn mara u raġel”

Izzy Montague - Ingliża li ħarrket lill-iskola ta' binha għax kien "sfurzat" jieħu sehem fil-parata tal-komunità LGBT

Aqra wkoll

Omm devota tar-reliġjon Kristjana ħarrket lill-iskola fejn jattendi binha f’Londra għaliex qed issostni li sfurzaw lit-tifel jieħu sehem fil-parata tal-komunità LGBT. Apparentament, dan huwa l-ewwel każ tax-xorta tiegħu li qatt tpoġġa taħt il-lenti tal-qrati tar-Renju Unit sabiex jassessjaw jekk huwiex legali li tiġi imposta l-ideoloġija tal-LGBT fl-iskejjel primarji.

Il-ġenituri tat-tifel iħaddnu t-twemmin li r-relazzjoni sesswali għandha tkun riservata għaż-żwieġ, liema żwieġ għandu jkun bejn raġel u mara, u kull tip t’attività sesswali ‘l barra minn dawn il-konfini huwa dnub.

Izzy Montague, ta’ 38 sena, qalet li l-Kap tal-Iskola Primarja ta’ Heavers Farm f’Norwood (Londra), Susan Papas, kienet bagħtet ittra lill-ġenituri fejn stednithom biex jieħdu sehem fil-parata tal-komunità LGBT sabiex jiċċelebraw id-diversità. Min-naħa tagħha, l-omm sostniet li hija kienet ikkuntattjat lill-amministrazzjoni tal-iskola fejn talbet biex binha — li dak iż-żmien kellu erba’ snin — dakinhar tal-parata jkun skużat minħabba li ma xtaqitx li jkun involut f’attività li tmur kontra t-twemmin tagħha. Hija kompliet tgħid li sfortunatament għarrfuha li binha ma setax jirrifjuta milli jieħu sehem f’din l-attività. Il-każ seħħ f’Ġunju tal-2018.

Barra minn hekk, fix-xhieda tagħha, l-omm kompliet tgħid kif meta kellha laqgħa mal-Kap tal-Iskola biex jiddiskutu dan l-ilment, it-tifla ta’ Papas kienet liebsa flokk bi slogan favur nies ta’ LGBT: “Għalfejn tħaddan ir-razziżmu u s-sessiżmu, jew turi preġudizzju lejn nies omosesswali jew transgender, meta tista’ sempliċiment tagħlaq ħalqek u żżomm it-twemmin tiegħek għalik?”

Il-każ ikompli.

Ekonomija

Sport