Sunday, December 22, 2024

“Ir-Renju Unit aġixxa tard fil-Covid-19 u dan wassal għal ħafna mwiet”

Aqra wkoll

Rapport li ħareġ fl-aħħar sigħat jgħid li l-gvern Britanniku dam ħafna biex iddikjara lockdown fil-jiem bikrin tal-pandemija tal-Covid-19 u b’hekk tilef iċ-ċans li jikkontrolla t-tixrid tal-virus. Dan wassal biex eluf ta’ persuni jitilfu ħajjithom. 

Ir-rapport jisħaq li d-dew­mien wasal minħabba li ministri kaxkru saqajhom meta x-xjentisti ressqu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom u dan wassal biex huma injoraw li jiffokaw fuq strateġiji iktar b’saħħithom kif adottaw pajjiżi tal-Lvant tal-Ażja. Dan l-istudju jgħid li l-Gvern Britanniku ħa azzjoni meta s-sistema tas-Saħħa Nazzjonali kienet f’riskju imminenti li tikkollassa. Dan l-istudju sar b’mod konġunt bejn kumitati tax-xjenza u s-saħħa fi ħdan il-House of Commons. 

Skont dan l-istudju, fi ħdan l-amministrazzjoni Britannika kien hemm xewqa kbira li jiġi evitat l-lockdown u dan minħabba l-ħsara kbira li dan seta’ jħalli fuq l-ekonomija, is-servizzi tas-saħħa u anke s-soċjetà inġenerali. Skont l-esperti wara dan ir-rapport, “in-nuqqas ta’ strateġiji bħal iżolament, sistema b’saħħitha ta’ testijiet u intraċċar u kontroll robust fil-fruntiera, għamluha inevitabbli li dan il-pajjiż imur għal lockdown nazzjona-
li.”

L-esperti qalu li l-għan tal-investigazzjoni hu biex ikun magħruf għaliex ir-Renju Unit sofra ħafna iktar minn pajjiżi oħrajn f’ewwel jiem tal-pandemija, biex itejjeb ir-rispons tiegħu għat-theddida preżenti tal-Covid-19 u anke biex ikun preparat f’eventwalitajiet oħrajn fil-futur.

Ekonomija

Sport