Sunday, December 22, 2024

Ir-Renju Unit ifittex li jwaqqaf id-dipendenza medika fuq l-importazzjoni miċ-Ċina

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson talab biex isir pjan li permezz tiegħu r-Renju Unit itemm id-dipendenza fuq iċ-Ċina għall-provvista medika. 

Jidher li tant kemm qed jieħu dan il-pjan bis-serjetà, li jekk ikun hemm bżonn lest li ċerti industriji ewlenin jiġu ripatrijati fir-Renju Unit. 

Fid-dawl tal-kriżi kkawżata mill-Coronavirus, Johnson talab lill-ħaddiema taċ-ċivil biex ifasslu pjani dwar kif ir-Renju Unit jista’ jtemm din id-dipendenza fuq iċ-Ċina għal provvisti mediċi importanti u importazzjoni oħra. 

Din l-inizjattiva, imlaqqma bħala “Project Defend”, tinkludi pjani ta’ riċerka dwar l-akbar vulnerabbiltajiet ekonomiċi li għandu r-Renju Unit minn potenzjalment gvernijiet ostili barranin. 

Dan il-proġett hu parti minn approċċ ġdid għas-sigurtà nazzjonali mmexxi mis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Dominic Raab. 

Ekonomija

Sport