Saturday, November 23, 2024

Ir-Renju Unit jirrilassa r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19; Minn nhar it-Tnejn jistgħu jiltaqgħu gruppi ta’ sitt persuni

Aqra wkoll

Minn nhar it-Tnejn li ġej ir-Renju Unit se jkun qed jippermetti lil gruppi ta’ sitt persuni biex jiltaqgħu f’postijiet pubbliċi jekk iżommu s-social distancing. 

Qal dan il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson illum hekk kif ikkonferma li l-testijiet mediċi jindikaw li l-miżurili ddaħħlu fis-seħħ biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-coronavirus jistgħu jiġu rilassati gradwalment.

“Dawn il-bidliet ifissru li ħbieb u qraba jistgħu jerġgħu jiltaqgħu. Membri ta’ familja forsi jkunu jistgħu jerġgħu jiltaqgħu mill-ġdid,” tenna Johnson.

Il-Prim Ministru Brittaniku ied jgħid li l-iskejjel se jkunu qed jilqgħu aktar studenti mit-Tnejn ukoll, fost il-ftuħ ta’ negozji oħrajn.

Sport