Thursday, October 10, 2024

Ir-Renju Unit l-ewwel pajjiż fid-dinja li japprova l-vaċċin ta’ Pfizer kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li approva l-vaċċin ta’ Pfizer. Ir-regolatur Brittaniku tal-mediċina, MHRA, qal li l-vaċċin – li joffri protezzjoni kontra l-Covid-19 sa 95% – se jkun jista’ jibda jitqassam mill-ġimgħa li ġejja.

It-tilqim se jibda fi żmien ftit jiem fi gruppi ta’ persuni meqjusin li huma ta’ prijorità għolja.

Ir-Renju Unit diġà ordna 40 miljun doża tal-vaċċin, biżżejjed biex jiġu mlaqqma 20 miljun persuna. Il-vaċċin se jkun jirrikjedi li persuna tieħu żewġ dożi tat-tilqima.

Is-Segretarju għas-Saħħa Matt Hancock fi tweet qal li “l-għajnuna tinsab fi triqitha. L-NHS tinsab għal-lest biex tibda t-tilqim mill-ġimgħa li ġejja”.

Madankollu minkejja li t-tilqim se jkun qed jibda, in-nies xorta waħda jeħtieġ li jibqgħu jkunu kawti u jsegwu r-regolu imposti kaġun tal-pandemija biex titwaqqaf l-imxija tal-virus.

Fost oħrajn dan ifisser li tkun trid tinżamm id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra, u testijiet lil dawk il-persuni li jista’ jkollhom il-virus, b’dawk li jkunu pożittivi jintalbu jiżolaw ruħhom.

Sport