Saturday, October 26, 2024

Ir-Renju Unit twiegħed aktar armi lil Zelensky

Aqra wkoll

Hekk kif illum il-President Ukren Volodymyr Zelensky kellu laqgħa mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Rishi Sunak, dan tal-aħħar wiegħed li se jagħti aktar armi biex l-Ukranja jkollha biex tiġġieled lil forzi Russi.

Sunak wiegħed li se jibgħat mijiet kbar ta’ air defence missiles kif ukoll drones armati.

Dan ifisser li r-Renju Unit qiegħed joffri ħafna aktar armi mill-pajjiżi l-oħrajn tal-Punent. Min-naħa tiegħu l-President Zelensky sostna li l-pajjiżi tal-Punent għandhom jibgħatu ajruplani tal-gwerra biex b’hekk l-Ukranja tkun tista’ twettaq attakki mill-ajru.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Ingliż qal li mhux xi ħaġa faċli li taqbad u tibgħat ajruplani tal-gwerra lejn l-Ukranja.

Il-President Zelensky qiegħed iżur diversi pajjiżi fl-Ewropea fosthom l-Italja, il-Ġermanija u anke Franza.

Fost l-armi li se jkun qiegħed jibgħat Sunak se jkun hemm dawk li jissejħu ‘Storm Shadow cruise missiles’ li bihom l-Ukranja tista’ teqred diversi pożizzjonijiet tar-Russi f’art okkupata.

Il-pajjiżi membri tan-NATO qegħdin jipprovaw jipprovdu l-għajnuna kollha posibbli lil Ukranja, iżda ma jkunux involuti fil-ġlied b’mod dirett għax dan jista’ jkun ifisser li tibda t-Tielet Gwerra Dinjia.

Sport