Sunday, December 22, 2024

Ir-Renju Unit u l-Irlanda konfermati bħala l-ospiti tal-Euro 2028

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit u r-Repubblika tal-Irlanda se jospitaw il-Kampjonat Ewropew tal-2028, ikkonfermat il-UEFA, ilbieraħ.

L-offerta konġunta saret bla oppożizzjoni wara li t-Turkija rtirat biex tiffoka fuq offerta mal-Italja għall-Euro 2032, li kienet ikkonfermata wkoll f’laqgħa f’Nyon, l-Isvizzera.

Iż-żewġ offerti saru bla oppożizzjoni iżda xorta kellhom bżonn l-approvazzjoni uffiċjali mill-UEFA.

Ir-Renju Unit u l-Irlanda ffukaw fuq il- Euro 2028, bl-approvazzjoni tal-UEFA, wara li temmew pjan biex ikunu l-kandidati pre­feruti tal-Ewropa għat-Tazza tad-Dinja 2030.

Hu mifhum li l-Principality Stadium ta’ Cardiff se jospita l-partita tal-ftuħ tat-tournament tal-2028 bil-finali f’Wembley Stadium ta’ Londra. 

L-Irlanda ta’ Fuq u Wales qatt ma ospitaw tournament maġġuri tal-football.

Il-partiti fil-Euro 2028 huma mistennija li jsiru f’10 grounds differenti, inklużi l-Hampden Park ta’ Glasgow u l-Aviva Stadium ta’ Dublin. Fl-offerta ġew inklużi wkoll Casement Park ta’ Belfast u Bramley-Moore Dock ta’ Everton, tal-ewwel mhux mibni filwaqt li tal-aħħar għadu qed jinbena.

L-Ingilterra kienet waħda mill-11-il pajjiż li ospitaw il-Euro 2020 flimkien mal-Iskozja, kif ukoll kienu ospiti uniċi tat-Tazza tad-Dinja 1966 u tal-Euro 1996. L-Ingilterra ospitat ukoll il-Kampjonat Ewropew tan-Nisa li kiser ir-rekords fl-2022.

Filwaqt li l-Italja għamlet offriet biss għat-tournament tal-2032, it-Turkija inizjalment kienet offriet biex tospita kemm l-Euro 2028 kif ukoll tal-2032.

It-Turkija rtirat mit-taqtiegħa biex tospita l-Euro 2028 il-ġimgħa li għaddiet wara li l-offerta tagħhom mal-Italja għall-2032 ġiet approvata mill-korp governattiv tal-football Ewropew.

It-twaqqif ta’ tournament maġġuri ġe­neral­ment ifisser li l-ospiti jikkwalifikaw awtomatikament. Iżda, meta niġu għall-ko-hosting, il-kwalifika għall-ħames nazzjoni­jiet ospiti kollha mhix garantita.

Mhux probabbli li l-UEFA toffri aktar minn żewġ postijiet, u għalhekk tlieta jistgħu jitilfu.

Kien hemm xi diskors dwar il-ħames nazzjonijiet kollha li qed jippruvaw jikkwalifikaw b’żewġ postijiet ta’ kwalifika ta’ ‘backstop’ disponibbli għal dawk li jitilfu, jew bin-nazzjonijiet fl-ogħla grad li naqsu milli jikkwalifikaw jgħaddu, jew iż-żewġ naħat li jersqu l-eqreb biex jikkwalifikaw.

Huwa mifhum li l-Football Association trid li l-Ingilterra tilħaq il-Euro 2028 permezz tal-kwalifika normali, aktar milli tingħata post awtomatiku mill-UEFA.

Dan għaliex temmen li se tipprovdi lit-team bi preparazzjoni aħjar għat-tournament milli sensiela ta’ partiti ta’ ħbiberija.

Ekonomija

Sport