Saturday, September 14, 2024

Ir-residenti ta’ Hong Kong f’paniku hekk kif qed jippreparaw għal lockdown totali

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-bieraħ ir-residenti ta’ Hong Kong kienu f’paniku jippreparaw għal possibbiltà ta’ lockdown totali, u dan hekk kif din il-belt qiegħed jipprepara biex twettaq test mandatorju tal-Covid-19 fuq iċ-ċittadini kollha. 

Minkejja li l-mexxej Carrie Lam ħeġġet lin-nies biex iżommu kalmi u ma jin­kwetawx, eluf ta’ persuni erħewlha lejn is-supermakets u l-ispiżeri biex jixtru l-provvisti neċessarji f’każ li jkun imħabbar lockdown totali. Dan wassal biex l-ixkafef tal-ħwienet spiċċaw vojta. 

It-testijiet mandatorji tal-mas­sa fuq il-popolazzjoni kollha ta’ din il-belt  – 7.4 miljuni – se jibdew fit-tieni nofs ta’ dan ix-xahar u se jsiru fuq perjodu ta’ disat ijiem. L-aħbar li se jkun hemm testijiet mandatorji nisslet paniku fost il-popolazzjoni hekk kif hemm probabbiltà kbira li għadd ta’ familji se jispiċċaw ikollhom jagħmlu perjodu ta’ iżolament.  L-uffiċjali tas-saħħa ta’ Hong Kong qegħdin jippjanaw li f’perjodu ta’ disat ijiem, kull persuna tiġi ttestjata tliet darbiet. S’issa għadu mhux ċar liema politika ta’ kwarantina se tkun qiegħda ssegwi din il-belt jiġifieri jekk hix se tkun qiegħda tagħmel lockdown fuq iż-żoni fejn ikun hemm l-iktar riżultati pożittivi jew inkella mal-belt kollha. 

Ekonomija

Sport