Bħal lum, 19 ta’ Apil 1882, mijiet ta’ nisa, irġiel u tfal iġġieldu mal-Pulizija fil-gżira muntanjuża ta’ Skye li tiġi fin-naħa ta’ fuq tal-Iskozja. Din kienet il-bidu ta’ rewwixta mifruxa li mbagħad kien jeħtieġ azzjoni militari qawwija biex terġa’ tidħol l-ordni. Din kienet magħrufa bħala ‘Battle of Braes’.
Kien fis-sena 1865, meta sid ta’ art waqqaf il-kiri ta’ art lil wieħed mill-bdiewa tan-nagħaġ. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għalih u għal oħrajn. Għal 15-il sena, ir-raħħala bdew jaraw il-konfiska tad-drittijiet tagħhom li jirgħu. Huma għamlu petizzjoni biex ikun hemm kirja. ġusta għall-artijiet li kienu jużaw. Il-petizzjoni kienet ġiet injorata.
Ir-raħħala imma ma waqfux hemm. Iddikjaraw strajk u marru bil-bhejjem tagħhom fiż-żoni li fihom kien hemm il-problemi. Minħabba li b’dan kienu qed jiksru l-liġi, ix-Sheriff ħareġ ordnijiet ta’ żgumbrament lil għadd ta’ raħħala. Ġara imma li nisa, rġiel u tfal ħarġu dawk l-ordnijiet u ħebbew għall-Pulizija.
Fid-19 ta’ April, is-Sheriff irritorna fuq il-post bl-uffiċjali tiegħu u għadd kbir ta’ Pulizija minn Glasgow. Maħsudin b’dan ir-raħħala, ħarbu minn djarhom. Magħhom ġarrew armi li seta’ kellhom. F’temp ta’ xita qawwija, huma bdew iwaddbu. l-ġebel waqt li oħrajn attakkaw lill-Pulizija bl-għodda tal-biedja.
Il-Pulizija wkoll irritaljaw. Il-Pulizija qalgħu xebgħa papali u kull tentattiv irriżultalhom f’falliment. Huma ħarbu minn fuq il-post b’ħames priġunieri biss. Ir-rewwixta kibret u kellha titwaqqaf b’mijiet ta’ suldati fis-sentejn ta’ wara.