Thursday, September 25, 2025

Ir-riforma tal-Qorti tal-Familja … qed jiġi ffinalizzat abbozz ġdid

Aqra wkoll

Aktar tard din is-sena mistenni li jiġi ppreżentat l-abbozz ta’ liġi dwar ir-riforma tal-Qorti tal-Familja. Fil-fatt, bħalissa qed jiġi ffinalizzat l-abbozz il-ġdid li se jindirizza l-problemi li din ir-riforma kien hemm bżonn li tindirizza. Dan b’responsabbiltà lejn prinċipji legali tas-saltna tad-dritt, drittijiet u responsabbiltajiet, l-awtorità tal-qrati, u fuq kollox, l-aħjar interess tat-tfal.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis b’rabta mar-riforma tal-Qorti tal-Familja. 

Il-Ministru Attard spjega li wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, ġie analizzat il-feedback kollu li nġabar u minn hemm bdew id-diskussjonijiet sabiex ikun hemm tibdil leġiżlattiv, u jinħolqu l-istrutturi neċessarji sabiex tiġi implimentata r-riforma. 

Huwa stqarr li l-abbozz ta’ liġi li se jkun qed jiġi ppreżentat iktar tard fis-sena se jniedi proċess ta’ implimentazzjoni sabiex b’hekk il-qafas legali, il-politika (policy) u l-prattika jiġu allinjati. 

Il-Ministru Attard tenna li “dan qed isir sabiex insaħħu l-Qorti tal-Familja, bi professjonisti speċjalizzati u b’servizz immirat li jassisti lil kull min ikun għaddej minn proċessi fi ħdan din il-Qorti.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport