Ħafna jistaqsu għaliex fil-gżejjer fuq il-gżejjer Maltin l-aktar riħ minn direzzjonijiet tal-Punent jew kif jisejjħu “Westerlies” huwa l-aktar riħ dominanti fil-Gżejjer Maltin?
Is-sit Maltese Islands Weather jagħti spjegazzjoni dwar dan hu jgħid li r-riħ mill-Majjistral huwa l-aktar direzzjoni tar-riħ komuni lokalment. Jonfoħ f’medja ta’ 13.4% tal-ħin tul is-sena. Dan hu segwit mill-qrib minn irjieħ mill-Punent Majjistral (12.6%), u l-Majjistral it-Tramuntana (12.5%). Il-kumplament tad-direzzjonijiet tar-riħ ma jurux dominanza. L-inqas riħ komuni huwa dak mill-Grigal, li jiddomina biss 3.5% tar-rekords kollha f’idejna. Dan huwa muri fuq il-ward tar-riħ hawn taħt.
Ir-raġuni għal dan tista’ tiġi spjegata faċilment. Malta tinsab f’latitudni ta’ bejn wieħed u ieħor 35°N, reġjun ikkaratterizzat mill-Westerlies; ċinturin ta’ riħ qawwi, u sikwit bil-buffuri. Dawn huma irjieħ prevalenti li joħorġu mill-punent għal-lvant bejn 30 u 60°N latitudni. Dawn l-irjieħ joriġinaw mill-pressjoni għolja f’latitudni ta’ 30°N.
Din il-pressjoni għolja tinħoloq minħabba l-pressjoni għolja permanenti fuq id-deżert. Pressjoni għolja tinħoloq meta l-arja fl-atmosfera tkun nieżla l-isfel f’forma ta’ kolonna. Meta din l-arja li tkun nieżla l-isfel tolqot l-art tinferaq. Parti minnha tkun devjata lejn il-tramuntana. Dan il-moviment ta’ arja joħloq il-westerlies. Hekk kif id-Dinja ddur, irjieħ globali jiġu devjati. Dan jissejjaħ l-effett Coriolis. Fl-Emisferu tat-Tramuntana, l-irjieħ huma diretti lejn il-lemin. Dan jagħti l-impressjoni li l-punent fil-fatt qed jonfoħ mil-Punent Lbiċ. Huwa għal din l-istess raġuni li l-irjieħ mill-Lvant juru l-inqas dominanza.
Is-sit ikompli jistaqsi “allura għaliex il-Punent Lbiċ mhuwiex id-direzzjoni predominanti tar-riħ fil-Gżejjer Maltin?” Il-viċinanza tal-art Afrikana mal-Gżejjer Maltin fil-Lbiċ u l-medda kbira ta’ baħar miftuħ lejn il-Majjistral huma żewġ karatteristiċi lokali li jipprevjenu l-Lbiċ minn li jkun ir-riħ prevalenti ta’ Malta wkoll. Hemm involut ukoll fattur fuq skala akbar
Fenomenu meteoroloġiku imsejjaħ n-’North Atlantic Oscillation’. Dan jinfluwenza l-Mediterran, fost reġjuni oħra, b’mod kruċjali.
Dan il-fenomenu huwa definit mill-varjazzjonijiet fil-pressjoni atmosferika bejn l-’Icelandic Low’ (pressjoni baxxa semi-permanenti lejn l-Iżlanda) u l-’Azores High’ (pressjoni għolja semi-permanenti lejn il-Ġżejjer Azores), u l-interazzjoni bejniethom. Dawn huma żewġ sistemi estensivi ta’ pressjoni baxxa u għolja semi-permanenti fl-Atlantiku tat-Tramuntana. Hija l-interazzjoni bejn dawn iż-żewġ sistemi ta’ pressjoni li tikkontrolla d-direzzjoni u s-saħħa tal-irjieħ tal-punent fl-Ewropa.
L-arja ġewwa u madwar l-’Azores High’ tiġi ċċirkolata bħall-arloġġ. Bil-maqlub, l-arja ġewwa u madwar l-’Icelandic Low’ hija ċċirkolata kontra l-arloġġ. Permezz ta’ din il-kumbinazzjoni, it-tnejn li huma jidderieġu l-arja ‘l barra f’direzzjoni mill-punent.
“Il-punt ewlieni ta’ interazzjoni bejn dawn iż-żewġ sistemi ta’ pressjoni jinsab f’latitudni ogħla mill-Gżejjer Maltin, b’tali mod li l-arja li tkun qed tiġi diretta ‘l barra minnhom tgħaddi tul iċ-ċentru tal-Mediterran mid-direzzjoni tal-Majjistral. Dan huwa muri fil-figura hawn taħt,” itemm jgħid is-sit Maltese Islands Weather.