Thursday, March 5, 2026

Ir-Rimi Illegali ta’ Skart tal-Irziezet Ifixkel l-Operazzjonijiet tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex – il-Produzzjoni ta’ New Water sospiża

Aqra wkoll

Il-KSI kellha twaqqaf il-produzzjoni ta’ New Water f’Għawdex, minħabba interruzzjonijiet fil- proċess tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ikkawżati minn skariki illegali ta’ demel likwidu tal-irziezet fid-drenaġġ.

Id-demel likwidu tal-irziezet għandu tagħbija organika għolja ħafna u m’għandux jintrema fid-drenaġġ. Il-KSI bħalissa topera faċilità ddedikata f’Għawdex għar-riċeviment u t-trattament skont il-liġi tad-demel likwidu tal-irziezet, li hija disponibbli għas-settur tal-biedja minn ħames sa sitt ijiem fil-ġimgħa.

Minkejja din il-faċilità, l-iskart tal-irziezet qed jiġi mormi illegalment permezz tan-netwerk tad-drenaġġ urban, u qed jevita kompletament il-proċess ta’ teħid ikkontrollat tiegħu.

Evidenza fotografika miġbura fil-faċilità ta’ Għawdex turi solidi tad-demel likwidu tal-irziezet preżenti fil-fine screen area, li tikkonferma l-iskala tal-kontaminazzjoni.

Bħala konsegwenza diretta, il-proċess tat-trattament tad-drenaġġ ġie kompromess u l-produzzjoni ta’ New Water f’Għawdex twaqqfet kompletament, sabiex il-membrani delikati tal-faċilità jiġu salvagwardjati kontra aktar ħsara

Ir-rimi tad-demel likwidu tal-irziezet fid-drenaġġ pubbliku huwa ksur tar-regolamenti rispettivi dwar l-iskart u l-ilma, u jikkawża ħsara diretta lill-infrastruttura nazzjonali kritika.

Kull min jinqabad jagħmel dan se jiġi pproċessat għad-danni. Il-KSI se tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni u se tipprovdi aktar aġġornamenti kif meħtieġ. Kull min għandu informazzjoni dwar ir-rimi illegali ta’ skart tal-irziezet fid-drenaġġ pubbliku huwa mħeġġeġ jirrapportaha b’mod anonimu billi jikkuntattja il-Customer Care Centre tal-KSI fuq 80076400.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport