Saturday, December 21, 2024

“Ir-riservi tal-Miżieb u tal-Aħrax ilhom jiġu amministrati mill-FKNK sa mill-1986, taħt gvernijiet differenti”

Aqra wkoll

Il-GverN bi kjarifika dwar l-Aħrax u l-Miżieb fid-dawl tal-kritika li rċieva l-kuntratt bejnu u bejn l-FKNK

Il-Gvern ta’ Malta jixtieq li jiċċara dawn il-punti b’rabta mal-ftehim iffirmat mal-Federazzjoni  Kaċċaturi u Nassaba Konservazjonisti (FKNK) wara li kien hemm bosta ineżattezzi rrappurtati: 

  • Il-ftehim iffirmat ilbieraħ kien ippubblikat fl-intier tiegħu u għaldaqstant diskors li dan il ftehim huwa wieħed sigriet hija xi ħaġa li mhux minnha; 
  • Ir-riservi tal-Miżieb u tal-Aħrax ilhom jiġu amministrati mill-FKNK sa mill-1986, jiġifieri  għal dawn l-aħħar 34 sena taħt gvernijiet differenti. Il-Federazzjoni, permezz tal-membri u  numru ta’ voluntiera dejjem ħadu ħsieb din iż-żona, ikkultivaw is-siġar u għamlu l manutenzjoni ta’ kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ, ir-riżultat ta’ dan kollu jista’ jiġi apprezzat  illum il-ġurnata għaliex f’dawn iż-żoni nsibu ammont kbir ta’ siġar endemiċi, flora u fawna  naturali li jistgħu jitgawdew minn kull min imur f’dawn is-siti jew jgħaddi minn dawn iż-żoni;  Il-ftehim li ġie ffirmat ilbieraħ ma jibdel xejn għajr li qiegħed jirregola dak li fil-prattika kien  diġà qiegħed fis-seħħ tul dawn l-aħħar snin;  
  • Il-pubbliku inġenerali se jibqa’ jkollu aċċess liberu għal dawn ir-riservi tul is-sena kollha kif  dejjem kellhom matul dawn l-aħħar 34 sena;  
  • Il-ftehim qiegħed jiżgura wkoll li l-passaġġi u t-toroq pubbliċi kollha jibqgħu miftuħa għall pubbliku l-ħin kollu, il-picnic u l-camping sites se jkunu miftuħa bħal qabel filwaqt li se  jinfetħu camping sites ġodda (qegħdin jiġu ppubblikati site plans), dan kollu filwaqt li se jkun  hemm aktar obbligi ġodda fuq l-FKNK u se jkun hemm il-ħarsien tal-ambjent; 
  • Dan il-ftehim mhuwiex differenti minn ftehim ma’ NGOs oħrajn li jamministraw żoni  pubbliċi oħrajn. Ta’ min ifakkar li ftit tax-xhur ilu, dan l-istess gvern permezz tal-Ministeru  għall-Infrastruttura u l-Ministeru għall-Ambjent daħlu fi ftehim ma’ Birdlife Malta sabiex  jamministraw iż-żona pubblika tas-Salini, fejn l-istess NGO qiegħda tagħmel xogħol siewi  għall-amministarzzjoni ta’ dan is-sit; 
  • L-unika differenza hija li filwaqt li Birdlife Malta qegħdin jingħataw ukoll għajnuna  finanzjarja kull sena għall-amministarzzjoni u r-rapportaġġ taż-żona tas-Salini, kif ukoll numru ta’ impjegati tal-gvern sabiex jgħinu fl-immanġġjar ta’ dan is-sit, l-Aħrax u l-Miżieb  ser ikunu amministrati mill-FKNK bl-ispejjeż kollha li dan jirrikjedi għal din il-ħidma – inklużi ż-żamma tal-abitat naturali, il-kura tas-siġar, il-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ eċċ…  – f’idejn l-istess amministraturi, il-gvern mhuwiex ser ikun qiegħed joħroġ l-ebda spiża; 
  • Il-gvern ser ikun qed jara li żoni naturali f’pajjiżna jkunu amministrati minn NGOs li  għandhom l-esperjenza, il-kapacità u n-namur proprju għaż-żoni rispettivi sabiex ikollna l aqwa siti ambjentali f’pajjiżna; 
  • Permezz tal-ftehim bejn l-ERA u l-FKNK, qed nassiguraw ukoll li l-organizzazzjoni  tissalvagwardja l-ambjent naturali tas-siti. Dan isir permezz ta’ numru ta’ obbligi li l-ERA  tpoġġi fuq il-ftehim kif ukoll permezz tad-Direttorat tal-Awtorità li jieħu ħsieb l-infurzar.  Mexxejna ‘l quddiem ftehim addizzjonali biex tiġi assigurata amministrazzjoni xierqa tas-siti,  implimentazzjoni ta’ numru ta’ miżuri ambjentali, moniteraġġ u rondi ta’ infurzar, attivitajiet  edukattivi u ta’ għarfien, kif ukoll l-involviment xieraq tal-partijiet interessati.
Ekonomija

Sport