Sunday, December 22, 2024

Ir-rival ewlieni ta’ Putin jingħata disa’ snin priġunerija f’ħabs strett

Aqra wkoll

Alexei Navalny, wieħed mill-iktar membri prominenti tal-oppożizzjoni Russa, ingħata piena ta’ disa’ snin priġunerija, li se jiskontahom “f’ħabs strett ħafna”, wara li nstab ħati ta’ frodi – sentenza li dawk li jappoġġjawh qed jgħidu li hija motivata politikament. 

Navalny kien ġie arrestat ġewwa r-Russja s-sena li għaddiet wara li kien qatta’ numru ta’ jiem rikoverat fi sptar ġewwa l-Ġermanja minħabba li allegatament kien ġie vvelent b’nerve agent. 

Navalny diġà kien qiegħed iservi sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs tali kiser kundizzjonijiet tal-bail meta kien rekoverat fl-isptar. Issa fl-aħħar każ, il-prosekuturi akkużawh li seraq $4.7 miljun f’donazzjonijiet li kienu jingħataw lid-diversi organizzazzjonijiet tiegħu, liema organizzazzjonijiet illum ġew ipprojbiti mill-gvern Russu. 

Meta kienet qiegħda tagħti l-verdett tagħha, l-Imħallef Margarita Kotova qalet li Navalny wettaq “serq ta’ proprjetà minn grupp organizzat”.

Is-sentenza l-ġdida se tkun qiegħda tieħu post is-sentenza li kien diġà qiegħed jiskonta, biex b’hekk issa se jkollu jervi seba’ snin ħabs. Iżda dawn is-seba’ snin se jkollu jservihom b’ħabs li huwa ħafna iktar strett u remot fil-Lvant ta’ Moska. 

Tweet li dehret fuq il-kont ta’ Navalny ftit wara li saret magħrufa din is-sentenza kienet tgħid li hu u l-attivisti tiegħu se jibqgħu jiġġieldu ċ-ċensura u jressqu “l-verità quddiem il-poplu Russu”.

Ekonomija

Sport