Thursday, April 18, 2024

“Ir-River of Love u Gordon Manché ma kinux jinżluli… illum ma ngħix mingħajrhom”

Aqra wkoll

“Jiena kont persuna li ma kinux jinżluli r-River of Love (RoL) u l-Pastor Gordon Manché għax ma kontx naf lil Kristu u prattikament il-Kelma mxandra kienet tirritani u kont nirrita ruħi iktar kif nara l-wiċċ Manché… illum ma ngħix mingħajrhom.” Hekk kitbet f’messaġġ twil mara li llum il-ġurnata hija membru attiv tal-grupp River of Love, l-organizzazzjoni volontarja li bħalissa tinsab fiċ-ċentru tal-midja.

Din il-mara qalet li l-opinjoni tagħha nqalbet ta’ taħt fuq fil-konfront ta’ RoL u Manché wara “inkontru li ħaj ma’ Kristu Ġesú u litteralment neħħieli l-blind fold.” Tkompli tgħid li wara dan l-“inkontru” hija kkomunikat ma’ Gordon Manché fejn talbitu jaħfrilha għall-kliem li kienet tnissel fil-konfront tiegħu u ta’ RoL.

Il-kittieba qalet li r-RoL hija demmha u d-DNA tagħha tgħajjat lil din l-organizzazzjoni. Fil-kitba tagħha, hija qalet li “l-gideb u l-malafama li smajt fuqhom huma tal-mistħija u ħafna nies joqogħdu lura minħabba f’li semgħu għax jien ninsab ċerta li ħafna jridu jiġu jisimgħu il-verità pura.”

Hija kkonkludiet il-messaġġ tagħha li lil Gordon Manché u lil martu tħobbhom “b’imħabba enormi… min jgħajjar lilhom ikun qed jgħajjar lili u jien niddefendi lil min inħobb.”

Ekonomija

Sport