Thursday, November 14, 2024

Ir-rivoluzzjoni diġitali

Aqra wkoll

Minn Ray Abela

Minn żewġ ġenerazzjonijiet ‘l hawn, ftit, ftit, iżda wara dejjem b’rata iżjed mgħaġġla u ħafifa, bdiet tinfirex rivuluzzjoni oħra, dik diġitali. Relattivament malajr, il-komputers ġoffi bdew jiċkienu u jsiru iżjed sofistikati u effiċjenti sa’ ma wasalna għal laptops, mobiles tal-ħames ġenerazzjoni, robotika affaxxinanti, emails, E-Government, Inelleġenza Artifiċjali, missili intelliġenti, komunikazzjoni istantanea globalizzata.

Ir-Rivoluzzjoni Diġitali hija bħan-nifs li nieħdu

Mingħajra la hemm futur, la hemm ekononomija u lanqas progress.  Tidħol u hija ezzenzjali f’kull qasam tal-ħajja—saħħa, indsutrija, komunikazzjoni, edukazzjoni, robotika u intelliġenza artifiċjali. L-għażla quddiemna hija sempliċi. Jew inkunu profiċjenti f’dan is-settur jew nirrassenajw ruħna għar-relegation.

L-aqwa e-Government 

Il-Gvern Laburista bena sistema ta’ E-Government li hija meqjusa bħala waħda mill-iżjed avvanzati fl-Ewropa. Dan il-fatt ma jiċħdu ħadd.  Imma tafu kemm huwa n-numru ta’ ċittadini tagħna li jagħmlu użu minn din il-faċilita modernissima, li permess tagħha aħna nistgħu ninqdew mill-kumdita ta’ darna biex nikkomunikaw mad-dipartimenti u ministeri tal-Gvern? Tafu kemm minna jpproffitaw ruħhom minn din is-sistema diġitali li swiet miljuni ta’ ewro biex tkun installata? Ngħidilkom li 43% biss tal-popolazzjoni tuza dawn is-servizzi e-Gov u li huma mifruxa onlajn.

Fil-fatt Malta tikklassifika fl-20 (ghoxrin) post ta kemm il-poplu juża dawn is-servizzi. 

Kuntrast qawwi meta tikkopara li pajjiżna jigi l-ewwel mill-pajjiżi kollha Ewropej fl-infrastruttura u l-investiment li ahna nagħmlu fl-e-Gov.

Interessanti wkoll li l-anqas nies li juzaw l-e-Gov huma fl-età ta’ 55 sena l-fuq specjalment u aktar konsistenti (23% fil-mija biss) fl-eta ta’ bejn 65-74. Veru ħasra. Nemmen li rridu nkunu minn ta quddiem nett bħala Gvern biex insostnu lil dawn il-faxex fis-soċjetà biex nagħmluha u nħeġġuhom juzaw aktar it-tekonologija f’ dan ir-rigward.

Dan it-taghlim, bhal ma huwa taghlim aktar specjalizzat lil generazzjonijiet izghar ghandu jkun prijorita’ irridu socjeta aktar koerenti mat-tekonologija tal-informatika u futuristika.

Inutli li l-Gvern jagħmel sforzi kbar u jonfoq miljuni ikbar u jagħti konċezzjonijiet u artijiet lill-kumpaniji ġganti barranin f’dan is-settur tal-futur, jekk meta jiġu hawn dawn ma jsibux nies ittrenjati u tekniċi li kapaċi jaħdmu f’din l-industrija. Aħna meta jiġu hawn mhux iġibu tekniċi barranin magħhom irridu imma jimpjegaw lil tekniċi Maltin u Għawdxin.

Jekk verament irridu futur

Ħassejt ukoll, anzi ħassejt iżjed, li billi noqgħod nitkellem bla ma naġixxi inkun qed nonqos lin-nazzjon. Jien verament irrid futur mill-aqwa għalina l-Maltin u l-Għawdxin. U allura jekk verament irrid dan, l-ewwel ma rrid nagħmel huwa li nagħti eżempju. L-iżjed lit-tfal, liż-żgħażagħ, lill-ġenerazzjoni li tiela. F’dan is-settur, jgħodd ħafna l-motto ‘Catch them young.’ Iżjed ma jibdew jidħlu fid-dinja tal-IT, żgħar, iżjed isiru profiċjenti u tajbin u innovattivi fiha. Irid ikollna, mijiet, anzi eluf ta’ studenti f’dan is-settur biex is-sagrifiċċji li jagħmel il-pajjiż meta jħajjar azjendi mondjali jiftħu ahwn fihom jaħdmu tekniċi Maltin u l-Għawdxin u mhux barranin.  Hekk xieraq. Hekk sewwa.

Għalhekk b’impenn u viżjoni biex Malta tagħna tkun aħjar minn tal-lum.

Email: [email protected]

Facebook: https://www.facebook.com/ray.abela

Ekonomija

Sport