Friday, August 8, 2025

Ir-rivoluzzjoni mhux mitmuma fi Myanmar… inqatlu 3,000 persuna

Aqra wkoll

Bħal-lum 8 ta’ Awwissu tas-sena 1988, eluf ta’ persuni ipparteċipaw fi strajk ġenerali li talab riformi ekonomiċi u demokratiċi fi Myanmar. Din issejħet bħala “ir-rivoluzzjoni mhux mitmuma’. F’Settembru tas-sena 1987 id-dittatura militari fi Myanmar għamlet riforma finanzjarja li wasslet biex ħafna flus impemmgħin minn nies ma ġew jiswew xejn. F’Marzu tas-sena 1988, inqalgħet ġlieda barra ħanut tat-te bejn studenti u nies li jappoġġjaw lill-Gvern. Dan wassal bierx inqatel l-istudent Ko Phone Maw. Dan wassal biex eskalaw il-protesti u l-gvern irrisponda billi għalaq l-iskejjel u l-universitajiet. 

Il-moviment ta’ Oppożizzjoni kiber bil-kbir.  Id-dittatur Ne Win kien warrab. Xorta sar l-istrajk ġenerali.  Fil-lejl tat-8 ta’ Awwissu il-forzi tar-reġim fetħu n-nar fuq dawk li kienu qegħdin jipprotestaw.  Sa Settembru il-Gvern kien f’kaos sħiħ. Uffiċjal pubbliċi, suldati u anke suldati ingħaqdu ma’ dawk li kienu qegħdin jipprotestaw.

F’nofs Settembru l-Gvern poġġa mexxej militari ġdida u ipprojbixxa li jsiru protesta. Iddikjaraw liġi marzjali għal min jipprotesta.  Is-suldati bdew jisparaw  fuq dawk li ħarġu jipprotestaw. Minn naħa tagħhom dawk li kienu qegħdin jipprotestaw bdew jitfgħu molotov cocktails lejn il-pulizija u s-suldati. Inqatlu b’kollox 3,000 persuna.  Madwar 3,000 spiċċaw il-ħabs. Kien hemm aktar minn 10,000 persuna li kellhom jaħarbu mill-pajjiż.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport