Wednesday, August 6, 2025

Ir-Road Policing Unit tinvestiga b’aktar effiċjenza inċidenti serji tat-traffiku

Aqra wkoll

Minn meta bdiet topera r-Road Policing Unit, li hi amministrata mill-Korp tal-Pulizija, mis-27 ta’ Mejju 2025 sal-14 ta’ Lulju 2025, ġiet imsejħa biex tassisti f’153 inċident li saru f’lokalitajiet differenti madwar il-pajjiż. 

Il-Korp tal-Pulizija għall-ewwel darba għandu din it-Taqsima speċjalizzata li minbarra l-ħidma tagħha għall-infurzar tar-regolamenti tat-traffiku, bdiet tinvestiga wkoll b’effiċjenza akbar l-inċidenti maġġuri tat-traffiku fejn ikun hemm imwiet jew nies midruba. 

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri tkellem dwar ħidmet din it-taqsima meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea. 

Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Camilleri spjega li għal din it-taqsima ġdida ta’ investigazzjoni sar investiment ta’ tagħmir ġdidu taħriġ akkreditat biex il-pulizija jkunu jistgħu jiġbru evidenza tal-ħabta u wara janalizzaw ir-riżultati ta’ x’wassal għall-inċident biex eventwalment iressquhom fi provi u quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.

“B’hekk ukoll dan il-proċess għandu jgħin sabiex toroq ewlenin li jingħalqu wara inċidenti serji tat-traffiku jkunu jistgħu jinfetħu aktar malajr għat-traffiku,” kompla jgħid il-Ministru Camilleri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport