Thursday, December 26, 2024

Ir-Russi jattakkaw it-tieni l-ikbar ajruport fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Huwa rrappurtat li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu seħħ attakk mill-ajru fuq l-Ajruport Internazzjonali ta’ Lviv — Danylo Halytskyi International Airport — mit-truppi Russi. Dan l-ajruport huwa meqjus bħala t-tieni mill-ikbar ajruporti fl-Ukrajna.

Filmat li ttieħed waqt l-attakk juri blalen tan-nar jiżbruffaw minn din il-faċilità li tinsab qrib il-fruntiera tal-Polonja. S’issa għadu mhux ikkonfermat kemm kien hemm missili u minn fejn tfaċċaw. 

Il-Gvernatur ta’ Lviv Maxim Kozitsky għadu ma kkummentax dwar dan l-attakk riċenti, attakk li huwa meqjus bħala l-iżjed wieħed li jxaqleb fuq in-naħa tal-Punent mill-attakki kollha li saru mir-Russi matul din il-gwerra.

Ekonomija

Sport