Friday, November 15, 2024

Ir-Russi jiffukaw fuq Severodonetsk biex javvanzaw u jikkawżaw nirien f’impjant kimiku

Aqra wkoll

Nirien f’impjant kimiku hekk kif ir-Russi jiffukaw fuq il-belt ta’ Severodonetsk bil-ħsieb li javvanzaw

L-attakki kontinwi min-naħa tar-Russi kkawża nirien kbar f’impjant kimiku fil-belt ta’ Severodonetsk fl-Ukrajna.

Il-Kap reġjonali Serhiy Haidai qal lill-midja Ukrena li n-nirien tas-Sibt bdew mill-ħruġ ta’ għexieren ta’ tunnellati ta’ żejt minn ħsara f’radjaturi fl-impjant ta’ Azot. Skont l-uffiċjali Ukreni hemm mat-800 persuna li qed jistkennu f’xelters li jinsabu taħt l-impjant.

Il-forzi Russi qegħdin jiffukaw fuq Severdonetsk bil-għan li jkomplu javvanzaw fil-Lvant tal-Ukrajna.

Il-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi issa ilu għaddej għal aktar minn tliet xhur. It-tentattiv bikri tar-Russja biex taqbad bliet kbar inkluża l-kapitali Kyiv ma rnexxiex u issa minflok qed tipprova taqbad ir-reġjuni ta’ Luhansk u Donetsk – żona fil-maġġoranza tagħha industrijali magħrufa kollettivament bħala Donbas.

Il-ħakma ta’ Severodonetsk u l-belt ta’ Lysychansk tista’ tkun kruċjali biex ir-Russja tilħaq il-mira tagħha li tkompli tavvanza peress li minna jista’ jkollhom kontroll fuq Luhansk.

Fi stqarrija Haidai ammetta li l-parti l-kbira ta’ Severodetsk kienet għaddiet f’idejn ir-Russi bil-militar jgħid li ż-żoni residenzjali huma kollha taħt il-kontroll tagħhom.

Huwa ma weġibx jekk f’dawn l-aħħar attakki kinux irrapurtati mwiet u jekk in-nirien kinux ġew ikkontrollati.

L-Ukreni għadhom qegħdin jappellaw lill-alleati tagħhom biex jgħinuhom bl-armi. Fl-appell tiegħu, Zelensky qal li minkejja li s-suldati Ukreni kienu qegħdin jegħlbu lir-Russi fit-toroq, l-artillerija tar-Russi hija mill-inqas 10 darbiet iżjed b’saħħitha minn tagħhom.

Ekonomija

Sport