Saturday, December 21, 2024

“Ir-Russi qegħdin jibbumbardjaw l-ibliet biex ikissru l-moral tal-Ukreni”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont il-Ministru għad-Difiża fir-Renju Unit, l-attakki Russi f’żoni populati huma l-mossa biex tkisser il-moral ta’ poplu li qiegħed juri reżistenza kbira.

Intqal li l-qawwa kollettiva Ukrena qiegħda tkompli tissorprendi lir-Russi li minn naħa tagħhom irrispondew b’attakki fuq l-ibliet ta’ Kharkiv, Chernihiv u Mariipol fost l-oħrajn.

Din l-istrateġija qiegħda tiġi mqabbla ma’ dak li seħħ  fl-2016 mas-Sirja u aktar qabel fl-1999 f’Chechnya. Hemmhekk ukoll, ir-Russi kienu wettqu attakki militari fuq żoni żviluppati bl-istess ħsieb.

Skont l-istess rapport, jidher li l-avvanz tat-truppi Russi ġie mxekkel mill-Ukreni li rnexxielhom jattakkaw ir-rotot li minnhom kienet qiegħda tasal l-provvista tar-Russi. B’dan il-mod is-suldati Russi spiċċaw mingħajr ċertu affarijiet bażiċi biex jgħixu bħalma huma ikel u lbies protettiv minħabba li nqerdu waqt l-attakki.

Ekonomija

Sport